Malta magħżula biex tospita l-konferenza Europe-INBO

Reference Number: PR191382, Press Release Issue Date: Jun 21, 2019
 
Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma bi pjaċir iħabbar li Malta ntgħażlet bħala l-pajjiż li se jkun qed jospita t-18-il Konferenza tan-Network tal-European Water Basin Organisations (Europe-INBO) li se tkun qed tiġi organizzata s-sena d-dieħla.
 
Il-Konferenza Europe-INBO tiġbor iżjed minn 150 parteċipant, li jvarjaw minn rappreżentanti ta’ amministraturi lokali, basin organisations, għaqdiet mhux governattivi, kumpaniji, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi biex jiddiskutu u jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ policies dwar l-ilma fl-Ewropa, b’mod partikolari permezz ta’ bdil ta’ esperjenzi prattiċi.
 
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li din il-konferenza se tagħti lil pajjiżna opportunità importanti biex turi l-iżviluppi riċenti importanti li saru fis-settur tal-ilma kif ukoll l-isfidi u opportunitajiet li qed iqumu mill-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma f’pajjiżna u fir-reġjuni kostali.