500 trees planted at Majjistral Park

500 trees planted at Majjistral Park

Reference Number: PR210485, Press Release Issue Date: Mar 05, 2021
 

Further afforestation initiatives are underway in Natura 2000 sites, as another 500 indigenous trees were planted at Majjistral Park.

This was announced by Minister for the Environment, Climate Change and Planning Aaron Farrugia and Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli during a visit to the site, where they planted ten of the pistachio trees.

In total, 200 tamarisk trees, 50 carob trees, and 250 pistachio trees were planted.

Minister Farrugia said that this initiative is part of the many actions the government is taking to continue turning our country green, protecting our natural sites, and fostering biodiversity in our islands.

“Works in these areas are continuous and ongoing, and it is my pleasure to be working closely with Minister Dalli to continue giving Maltese families a healthy environment, not only by improving our surroundings and protecting our biodiversity, but also by ensuring that families have natural areas that they can enjoy and through which they can learn about our natural heritage, which we are committed to preserving,” Minister Farrugia said.

Minister Farrugia spoke of the intensive works that Ambjent Malta overtook at Majjistral Park, investing in the restoration of degraded land and abandoned agricultural fields, including the reinstatement of habitats through the planting of indigenous shrubs and trees that complement the area’s phytosociology. Works also include site preparation such as the removal of ruderal and invasive and non-native plants, re-location of large boulders, and installation of irrigation systems.

“We are continuing to strengthen the rehabilitation and restoration efforts in favour of our natural environment. Such efforts are important to continue improving our natural sites, providing food for pollinators, and mitigating the effects of threats such as pollution and climate change,” Minister Farrugia said.

Minister Miriam Dalli explained how Parks Malta, together with the management of the Majjistral Park, will continue with regeneration projects in the natural park while maintaining cleanliness and the protection of flora and fauna.

“Our commitment is to continue to increase open spaces and at the same time ensure that they are maintained in their natural state. We are doing this work and we have the workers focused on this purpose, but we are encountering situations where not everyone cleans up after themselves. For our part, we are committed to improving the infrastructure necessary to keep the park in the best condition,” said Miriam Dalli.

She explained how trees not only beautify the environment around us, but help to improve air quality and increase biodiversity. Minister Dalli said this is part of the path towards sustainability.

“The pandemic has shown how much we need alternative spaces in which families, young people and children have a place to spend their time, both for recreational purposes and for educational purposes. Mental health is just as important as physical health, and natural parks help give families a new lease of life,” said Minister Dalli.



Imħawla 500 siġra fil-Park tal-Majjistral

Qed inkomplu b’aktar inizjattivi ta’ aforestazzjoni f’siti Natura 2000, hekk kif aktar minn 500 siġra indiġena tħawwlet fil-Park tal-Majjistral.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt żjara f’dan is-sit, fejn huma pparteċipaw fl-attività fejn tħawwlu siġar tad-deru.

B’kollox tħawwlu 200 siġra tal-bruka, 50 siġra tal-ħarrub u 250 siġra tad-deru.

Il-Ministru Farrugia qal li din l-inizjattiva tagħmel parti minn għadd ta’ miżuri li qed jieħu l-gvern biex ikompli jħaddar pajjiżna, jipproteġi s-siti naturali u jrawwem il-bijodiversità fil-gżejjer Maltin.

“Xogħlijiet f’dawn iż-żoni huma kontinwi u jsiru l-ħin kollu, u huwa ta’ pjaċir għalija li naħdem flimkien mal-Ministru Dalli biex inkomplu nagħtu lill-familji Maltin ambjent san, mhux biss billi nsebbħu l-ambjent ta’ madwarna u nipproteġu l-bijodiversità, imma billi niżguraw li l-familji għandhom żoni naturali li jistgħu jagħmlu użu minnhom. Permezz ta’ dawn iż-żoni, huma jistgħu jitgħallmu dwar il-patrimonju naturali li aħna kommessi li nippreservaw,” qal il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru Farrugia tkellem dwar ix-xogħlijiet intensivi li saru fil-Park tal-Majjistral minn Ambjent Malta, investiment fir-restawr ta’ art degradata u għelieqi abbandunati, inkluż l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ abitat permezz tat-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li jikkumplimentaw il-fitosoċjoloġija taż-żona. Ix-xogħlijiet jinkludu wkoll il-preparazzjoni tas-sit permezz tat-tneħħija ta’ speċi invażivi u mhux indiġeni, ir-rilokazzjoni ta’ ġebel kbir, u l-installazzjoni ta’ sisema ta’ irrigazzjoni ġdida.

“Aħna qed inkomplu nsaħħu l-isforzi tagħna għar-riabilitazzjoni u r-restawr tal-ambjent naturali. Sforzi bħal dawn huma importanti biex inkomplu ntejbu s-siti naturali tagħna, jiġi provdut ikel lill-pollinaturi, u jiġu mmitigati l-effetti mit-tniġġis u t-tibdil fil-klima,” qal il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif Parks Malta, flimkien mat-tmexxija tal-Park tal-Majjistral, se jkomplu għaddejjin bi proġetti ta’ riġenerazzjoni fil-park naturali, filwaqt li jiġi assigurat iż-żamma tal-indafa u l-protezzjoni tal-flora u l-fawna.

“L-impenn tagħna huwa li nkomplu nżidu l-ispazji miftuħa u fl-istess ħin nassiguraw li jinżammu fl-istat naturali tagħhom. Aħna qed nagħmlu dan ix-xogħol u għandna l-ħaddiema ffukati għal dan l-għan, imma qed niltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet fejn min jagħmel użu mill-parks ma jieħux ħsieb li jnaddaf warajh. Min-naħa tagħna, kommessi li ntejbu l-infrastruttura neċessarji biex inżommu l-park fl-aħjar stat,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Spjegat kif b’aktar siġar mhux biss qed insebbħu l-ambjent ta’ madwarna, imma qed intejbu l-kwalità tal-arja u nżidu l-biodiversità. Il-Ministru Dalli qalet li din hija parti mill-ħidma lejn pajjiż aktar sostenibbli.

“Il-pandemija wriet aktar kemm għandna bżonn spazji alternattivi li fihom il-familji, iż-żgħażagħ u t-tfal ikollhom fejn iqattgħu l-ħin tagħhom, kemm għal skopijiet rikreattivi imma wkoll għal skopijiet edukattivi. Is-saħħa mentali hija importanti daqs dik fiżika u l-parks naturali jgħinu biex jagħtu lil familji nifs ġdid,” qalet il-Ministru Dalli.