Landscaping project for Żurrieq’s Belvedere

Landscaping project for Żurrieq’s Belvedere

Reference Number: PR210566, Press Release Issue Date: Mar 23, 2021
 

Parks Malta started a green project in the Belvedere area, where several plants were planted in Triq Wied iż-Żurrieq. The selected plants complement the ecosystem found in this area and the environment that this area offers.

During a visit by the Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli, together with the Director-General of Parks Malta Adrian Attard and the Mayor of Żurrieq Rita Grima, it was explained that hundreds of Carissa Macrocarpa were planted along the 700 meters of the Belvedere. This plant can adapt well to the winds that affect the area due to its proximity to the sea. Moreover, this flower-plant tolerates salts as well as the high and low temperatures which dominate the area.

“More people are looking for recreational areas, and so it is our commitment to continue to improve more open spaces around the Maltese islands. Parks Malta’s vision is clear: to have more recreation areas and open spaces, including valleys. Our work goes beyond this, we also want to ensure that such areas are kept clean while enhancing biodiversity”, said Minister Miriam Dalli.

The minister also appealed to the general public to keep the environment clean and avoid dumping waste illegally. During the wet season when fewer people make use of the valleys, Parks Malta collected over 67,000 tonnes of waste in just three months from seven different valleys. Miriam Dalli highlighted that the Ministry for Energy, Enterprise, and Sustainable Development is committed to continue investing and working for the benefit of citizens and future generations.

Adrian Attard described this project in the south of Malta as a demonstration of Parks Malta’s commitment to further enhance the countryside by regenerating valleys and recreational areas under its responsibility and enriching the Maltese environment with additional projects.

Mayor of Żurrieq Rita Grima explained that Triq Wied iż-Żurrieq is one of the busiest streets in the locality, popular with locals and anyone who frequents the area. She thanked the ministry and Parks Malta for their commitment to implementing similar initiatives to be enjoyed by the general public.



Proġett ta’ tisbiħ tul il-Belvedere taż-Żurrieq

Parks Malta varat proġett ta’ tisbiħ fiż-żona magħrufa bħala tal-Belvedere, bit-tħawwil ta’ aktar pjanti fi Triq Wied iż-Żurrieq. Il-pjanti magħżula jikkumplimentaw l-ekosistema tal-inħawi u l-ambjent sabiħ li toffri din iż-żona.

Waqt żjara li għamlu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, flimkien mad-Direttur ta’ Parks Malta Adrian Attard u s-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima, ġie spjegat kif it-tħawwil ta’ mijiet ta’ pjanti tat-tip Carissa Macrocarpa tħawlu tul is-700 metru tal-Belvedere. Din il-pjanta għandha l-abbilità li  taddatta sewwa għall-irjiħat li jolqtu din iż-żona u l-viċinanza tagħha mal-baħar. Din il-fjura tittollera l-imluħa fl-arja meta jkun riħ qawwi, kif ukoll it-temperaturi għoljin u baxxi li jaħkmu l-akwati.

“Aktar nies qed ifittxu żoni ta’ rikreazzjoni u għalhekk huwa l-impenn tagħna li nkomplu nsebbħu dawn iż-żoni madwar il-gżejjer Maltin. Il-viżjoni ta’ Parks Malta hija ċara; li jkollna aktar żoni ta’ rikreazzjoni u spazji miftuħa, inkluż fil-widien. Il-ħidma tagħna ma tieqafx mat-tisbiħ ta’ dawn iż-żoni, iżda li naraw li jinżammu nodfa filwaqt li tkun qed tissaħħaħ il-bijodiversità,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru appellat biex in-nies iżommu nadif kull fejn imorru u jevitaw li jarmu skart illegalment. F’dak li hu magħruf bħala l-wet season, fejn ġeneralment anqas nies jagħmlu użu mill-widien, il-ħaddiema ta’ Parks Malta ġabru ’l fuq minn 67,000 tunnellata ta’ skart minn seba’ widien differenti fi tliet xhur biss.

Miriam Dalli saħqet illi l-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli huwa kommess li jkompli jinvesti u jaħdem għall-benefiċċju taċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet futuri.

Is-Sur Adrian Attard iddeskriva dan il-proġett fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta bħala turija tal-impenn ta’ Parks Malta li mhux biss tkompli ssebbaħ il-kampanja billi tirriġenera widien u postijiet ta’ rikreazzjoni li jaqaw taħt ir-responsabbiltà tagħha, iżda se tkompli żżewwaq l-ambjent u l-kampanja ta’ pajjiżna b’aktar proġetti.

Min-naħa tagħha, is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima spjegat kif Triq Wied iż-Żurrieq hija waħda mill-iktar toroq frekwentati f’din il-lokalità, popolari mhux maż-Żrieraq biss imma kull min jiffrekwenta din iż-żona li toffri pajsaġġ naturali mill-isbaħ. Hija rringrazzjat lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli u lill-Parks Malta tal-impenn tagħhom li qed ikomplu jimplimentaw inizjattivi ta’ tisbiħ fil-lokalitajiet għat-tgawdija taċ-ċittadini.