Agreement between Caritas Malta, the Energy and Water Agency seeks to help the most vulnerable families

Agreement between Caritas Malta, the Energy and Water Agency seeks to help the most vulnerable families

Reference Number: PR210589, Press Release Issue Date: Mar 25, 2021
 

A Memorandum of Understanding signed between Caritas Malta and the Energy and Water Agency seeks to help the most vulnerable families, with an initial investment of €400,000.

At the initiative of the Minister for Energy, Enterprise, and Sustainable Development Miriam Dalli, the two sides came together to see how they can assist the most families in need. This initiative follows the ‘A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020’ study, published by Caritas. The assistance through EWA, that will be provided to dozens of families identified by Caritas Malta, will help them reduce water consumption, receive advice on how to save water and, where necessary, help them replace defective equipment, including water pipes and appliances. This aid could reach up to €5,000 per family.

“It is our responsibility to listen to what organisations like Caritas have to say, and to act on them. Sustainable development means a number of things, including ensuring the efficient use of energy and water. Efficiency also means lower costs for our families”, said the minister.

Whilst technological advancements are being made to make water and energy use more efficient, there is still a risk that due to higher costs, these technologies are not afforded by all.

“It is therefore important to ensure that no one is left behind on the path to a more sustainable use of resources. This is precisely the purpose of this agreement between the agency and Caritas: to work closer together to identify the help that is needed and to make a real difference in people’s lives”, said Minister Miriam Dalli.

On his part, the Chief Executive of the Energy and Water Agency Manuel Sapiano explained how in addition to the home interventions to assess ways to reduce consumption, monitoring and data collection will be carried out to quantify the effect of these measures.

He also stressed that with this information, the agency would be able to identify those measures that have the most positive impact on both consumption and households. “In this way, we will be in a better position to continue to provide valuable advice on such measures, which should make the greatest positive impact”, said Mr Sapiano.

Anthony Gatt, the Director and Chairperson of the Caritas Malta Foundation, said that Caritas is recognising the commitment of the ministry to raise public awareness on the sustainable use and conservation of water.

“We also appreciate Minister Dalli's initiative to put into practice the recommendations set out in the ‘A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020’ study, which Caritas Malta has just published”, said Mr Gatt.

“In this way the study is serving as a driver to carry out measures that lead to a reduction in the expenditure of families in their daily life, taking into account physical health, as well as environmental protection.”

Caritas Malta described this initiative as, “A step closer towards those families and individuals on the periphery and who are so dear to Caritas Malta”.



Ftehim bejn Caritas Malta u l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma biex jgħin l-aktar familji vulnerabbli

Memorandum of Understanding iffirmat bejn Caritas Malta u l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se jkun qed jgħin familji vulnerabbli, b’investiment inizjali ta’ €400,000.

Fuq inizjattiva tal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, iż-żewġ naħat ingħaqdu biex jaraw kif flimkien jistgħu jassistu lill-familji l-aktar fil-bżonn. Dan wara li l-Caritas ippubblikat l-istudju tagħha dwar ‘A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020’.

L-għajnuna li se tingħata lil għexieren ta’ familji identifikati minn Caritas Malta se tgħinhom inaqqsu l-konsum tal-ilma, jingħataw pariri kif jiffrankaw l-ilma u fejn hu meħtieġ, u jiġu mgħejjuna jbiddlu apparat difettuż, inkluż pajpijiet tal-ilma u appliances. L-għajnuna titla’ sa massimu ta’ €5,000 għal kull familja.

“Hija r-responsabilità tagħna li nisimgħu dak li jgħidulna organizzazzjonijiet bħal Caritas u li naġixxu fuqhom. Żvilupp sostenibbli jfisser numru ta’ affarijiet, inkluż li f’pajjiżna nassiguraw użu effiċjenti tal-enerġija u l-ilma, fis-setturi kollha inkluż f’dak domestiku. L-effiċjenza tfisser ukoll anqas spejjeż għall-familji tagħna,” qalet il-Ministru Dalli.

Minkejja li s-suq qed jagħmel avvanzi f’teknoloġiji ġodda li jgħinu fl-effiċjenza u għalhekk jiġu kkunsmati anqas enerġija u ilma, jibqa’ r-riskju li minħabba l-ispiża ta’ dawn it-teknoloġiji, jaqgħu lura dawk li l-inqas jifilħu jħallsu.

“Għalhekk huwa importanti li naraw li ħadd ma jibqa’ lura fil-mixja lejn użu aktar sostenibbli tar-riżorsi. Dan hu propju l-iskop ta’ dan il-ftehim bejn l-Aġenzija u l-Caritas. Li naħdmu aktar qrib xulxin biex nidentifikaw l-għajnuna li hemm bżonn u li tagħmel differenza reali f’ħajjet in-nies,” qalet il-Ministru Dalli.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma Manuel Sapiano spjega kif  minbarra l-interventi li se jsiru fir-residenzi ta’ dawn il-familji biex jonqos il-konsum, se jkun qed isir monitoraġġ u ġbir ta’ data biex jiġi kwantifikat l-effett ta’ dawn il-miżuri.

Is-Sur Sapiano saħaq li b’din l-informazzjoni l-Aġenzija tkun tista’ tidentifika liem huma dawk il-miżuri li l-iktar li jagħmlu impatt pożittiv kemm fuq il-konsum, kif ukoll fuq il-familji. “B’hekk, inkunu f’pożizzjoni aħjar sabiex inkomplu nagħtu pariri siewja fuq miżuri ta’ dan it-tip, li għandhom jagħmlu l-akbar impatt pożittiv,” qal il-Kap Eżekuttiv.

Anthony Gatt, Direttur u Chairperson tal-Fondazzjoni Caritas Malta, qal li Caritas qed tirrikonoxxi l-impenn tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli biex jitqajjem għarfien pubbliku dwar l-użu sostenibbli u l-ħarsien tal-ilma.

“Napprezzaw ukoll l-inizjattiva tal-Ministru Dalli biex tpoġġi fil-prattika rakkomandazzjonijiet indikati fl-Istudju ‘A Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020’, li Caritas Malta għadha kif ippubblikat,” qal is-Sur Gatt.

“B’dan il-mod l-istudju qed iservi ta’ xprun biex jitwettqu miżuri li jwasslu għat-tnaqqis fin-nefqa tal-familji fil-ħajja ta’ kuljum, tiġi kkunsidrata s-saħħa fiżika, kif ukoll jiġi mħares l-ambjent.”

Caritas Malta ddeskriviet din l-inizjattiva bħala “Pass eqreb lejn dawk il-familji u individwi li qegħdin fil-periferija u li tant huma għal qalb Caritas Malta”.