€9 million investment for the sustainable disposal of farm waste and increased production of New Water

€9 million investment for the sustainable disposal of farm waste and increased production of New Water

Reference Number: PR210624, Press Release Issue Date: Mar 30, 2021
 

A €9 million project at the Sant’Antnin plant will allow farmers to dispose of farm waste in a more sustainable way, which will in turn lead to an increase in the production of New Water.


Thanks to the investment carried out, farmers will soon be able to transport farm waste which will be treated at the Sant’Antnin plant, elevating the pressure from the urban sewage infrastructure. For the past 20 years, untreated farm waste was dumped into the Water Services Corporation’s (WSC) sewage system, to the detriment of sewage plants that are not built to handle such type of waste.


It is estimated that some 60 bowser loads are discharged per week.


The Ministry of Energy, the Ministry of Agriculture and the Parliamentary Secretariat for European Funds embarked on a project together with the WSC to address this issue.


The Sant’Antnin plant will treat the waste before it arrives at the Ta’ Barkat plant, separating the solids and liquids. This process will allow the sewage purification plant at Ta’ Barkat to produce more New Water as the load diminishes. In addition, the improvement of the infrastructure and the treatment of this waste will help to address the problem of sewage discharge in Xgħajra.

 

Ahead of the opening of the new treatment facility, Minister Miriam Dalli, Minister Anton Refalo, Parliamentary Secretary for European Funds Stefan Zrinzo Azzopardi and WSC CEO Ivan Falzon visited the plant. Mr Falzon explained how the success of the New Water experience in the north is being replicated in the south, where the preparations and the infrastructural works have been more complex.

 

“With this investment we are addressing two areas: treating farm waste and the production of New Water. Following talks between the Government, the WSC and the Ministry for Agriculture, €2.4 million were invested in new equipment that offers farmers with an alternative method for farm waste disposal. This will allow such waste to be treated as opposed to it being dumped in the urban sewage infrastructure,” explained Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli. 

 

This new process will drastically reduce the load on sewage treatment plants. Whilst safeguarding the infrastructure, the operations at Ta’ Barkat will be drastically improved, allowing an increase in the production of New Water.  

 

"We will continue to build on the success of the New Water project," said Minister Dalli. In 2020, New Water production increased from .75 m3 to 1.5 million m3 of high-quality water for irrigation.

 

Minister Anton Refalo said that “the Water Services Corporation has invested in special machinery to help in the process of treating the slurry that the livestock breeder would have brought from his farm, while the GAB (Government Agricultural Bioresources Agency) has invested in three mobile units that will operate on farms. All this has happened with the continuous collaboration of the relative cooperatives as well ”.

 

“This machinery will be helping to provide a reassuring service to the livestock breeders and will be as efficient as possible," said Minister Refalo. “This new system will start operating in the coming days. I am very pleased with this process which had been previously planned. As promised, we as a Government must always stand shoulder to shoulder with our livestock breeders.”


Parliamentary Secretary Stefan Zrinzo Azzopardi said that the works on the Sant Antnin plant to treat sewage water are being carried out with an investment of around €5 million in European funds. He explained how this plant will be strengthening sewage management in the south of Malta so that we can increase the amount of water to be recycled. Thus, he remarked, that as a result we will continue strengthening the circular economy.


Parliamentary Secretary Zrinzo Azzopardi said that this is also helping us to take care of the marine environment by preventing waste water from flowing into the sea. He explained that this water recycling project is leading us to reach our goal, to generate more new water so that the recycled water will be used for agricultural purposes and thus reducing the pressure on ground water.



Investiment ta’ kważi €9 miljun se joffri alternattiva għall-bdiewa u r-raħħala għar-rimi tal-iskart tal-annimali u żieda fil-produzzjoni tan-New Water

 

Permezz ta’ investiment globali ta’ madwar €9 miljun li sar fl-impjant ta’ Sant’Antnin, il-bdiewa u raħħala se jkunu jistgħu jiddisponu mill-iskart tal-annimali b’mod aktar sostenibbli. B’dan l-istess investiment se tiżdied il-produzzjoni tan-New Water.

 

Dan għaliex il-bdiewa u raħħala issa se jkunu jistgħu jwasslu l-iskart mill-irziezet tagħhom għal aktar trattament fl-impjant ta’ Sant’Antnin. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar 20 sena, skart tal-annimali mhux trattat kien qed jiġi mormi fis-sistema tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), b’dettriment għall-impjanti tad-drenaġġ li mhumiex mibnija biex jieħdu dan it-tip ta’ skart.

 

Huwa stmat li tintrema tagħbija ta’ madwar 60 bowser fil-ġimgħa.

 

Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Enerġija, il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Segretarjat Parlamentari għal Fondi Ewropej, filmkien mal-WSC. L-impjant ta’ Sant’Antnin se jittratta l-iskart qabel ma jasal fl-impjant Ta’ Barkat. L-impjant Ta’ Barkat jibdel ilma mid-drenaġġ għal ilma tajjeb għall-irrigazzjoni tal-għelieqi, magħruf aħjar bħala ‘New Water’. Għalhekk li dan l-impjant jista’ jiffoka aktar fuq il-produzzjoni tan-New Water ġaladarba l-iskart tal-annimali jissaffa.

 

Barra minn hekk, it-titjieb fl-infrastruttura u t-trattament ta’ dan l-iskart se jgħin biex tiġi indirizzata l-problema ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fix-Xgħajra.

 

Il-Ministru Miriam Dalli, il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-WSC Ivan Falzon żaru l-impjant. Is-Sur Falzon spjega kif is-suċċess fit-Tramuntana ta’ Malta qed jiġi replikat fin-Nofsinhar, fejn il-preparazzjoni u t-tqegħid tal-infrastruttura kien aktar kumpless.

 

“Permezz ta’ dan l-investiment qed nindirizzaw żewġ oqsma: dik tat-trattament tal-iskart mill-annimali u l-produzzjoni tan-New Water. Wara diskussjoni mal-Gvern Ċentrali, il-Korporazzjoni flimkien mal-Ministeru tal-Agrikoltura ħadet l-inizzjattiva li tinvesti f’tagħmir biex toffri alternattivi raħħala biex jiddisponu mill-iskart.  B’investiment ta’ €2.4 miljun, il-bdiewa se jkunu jistgħu jwasslu l-iskart mill-irziezet tagħhom għal aktar trattament,” spjegat il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli.

 

Dan il-proċess ġdid se jnaqqas drastikament it-tagħbija fuq l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ. Filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-infrastruttura, se jitjieb l-operat li se jwassal għal żieda fil-produzzjoni tan-New Water għall-użu mill-istess bdiewa.

 

“Se nkomplu nibnu fuq is-suċċess tal-proġett tan-New Water,” saħqet il-Ministru Dalli. Fl-2020, il-produzzjoni tan-New Water irduppjat minn .75 m3 għal 1.5 miljun m3 ta’ ilma ta' kwalità għolja għat-tisqija.

 

Il-Ministru Anton Refalo qal li “il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investiet f’makkinarju apposta biex dan jgħin fil-proċess għat-trattament tas-srew li r-raħħal jkun ġab mir-razzett tiegħu, filwaqt li l-Aġenzija tal-Gvern għal bio-riżorsi agrikoli investiet fi tlett mobile units li se joperaw fuq l-irziezet. Dan kollu seħħ bil-kollaborazzjoni kontinwa tal- koperattivi ukoll”.

 

“Dan il-makkinarju ha jkun qed  jgħin biex servizz bħal dan jagħti serħan il-moħħ lir-raħħala u jkun iktar effiċjenti bl-aħjar mod possibbli,’’ qal il-Ministru Refalo. “Din is-sistema l-ġdida se tibda topera fil-ġranet li ġejjin. Ninsab sodisfatt immens b’dan il-proċess li kien ilu ppjanat. Kif dejjem wegħdna, aħna bħala Gvern dejjem irridu nkun ta’ spalla għar-raħħala tagħna.”

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li madwar €5 miljun f’fondi Ewropej ġew idedikati għal dan il-proġett.Huwa spjega kif dan l-impjant se jkun qed jsaħħaħ l-imanniġjar tal-ilma tad-drenaġġ fin-naħa t’isfel ta’ Malta biex b’hekk naslu għaż-żieda tal-ilma li jrid jiġi rriċiklat. Huwa stqarr li riżultat ta hekk qed inkomplu nsaħħu l-ekonomija ċirkolari.

 

Dr Zrinzo Azzopardi qal li dan qed jgħina nibżgħu wkoll għall-ambjent marittimu billi nipprevjenu li l-ilma maħmuġ jispiċċa fil-baħar. Hu spjega li dan il-proġett tar-riċiklaġġ tal-ilma qed iwassal ukoll biex nilħqu l-għan tagħna li jkollna aktar new water biex b'hekk l-ilma riċiklat ikun qed jintuża għal skopijiet agrikoli u jnaqqas il-pressjoni tat-tehid tal-ilma tal-pjan.