Malta Enterprise and the University of Malta to provide integrated support for start-ups

Malta Enterprise and the University of Malta to provide integrated support for start-ups

Reference Number: PR210653, Press Release Issue Date: Apr 06, 2021
 

A new collaboration between Malta Enterprise and the University of Malta (UoM) will lead to the pre-application support and mentoring for start-ups, in an effort to provide business newcomers with the necessary knowledge to access funding.

The Memorandum of Understanding, signed by UoM Rector Professor Alfred Vella and Malta Enterprise CEO Kurt Farrugia, sets out a new framework of integrated support for start-ups. The University of Malta, through its Centre for Entrepreneurship and Business Incubation (CEBI), will provide pre-application training for start-ups applying for funding from Malta Enterprise.

Successful applicants will be able to access mentoring and support from TAKEOFF, CEBI’s incubator facility, over a one-year period post-award.

Ministers Miriam Dalli and Justyne Caruana lauded this agreement as an example of hands-on support for entrepreneurs.

“Malta is open to start-ups and today’s agreement signifies another step towards supporting entrepreneurs. It continues to build on the funding support Malta Enterprise provides to start-ups, with the full knowledge that training and mentoring should also be provided. This will ensure that a new business owner is well informed on how to set up their business and benefit from both pre- and post-application mentoring,” Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli said.

Kurt Farrugia explained that this mentoring service will assist applicants to better shape up their enterprise thinking. “New business owners will therefore be able to project their business idea holistically when applying for funding at Malta Enterprise. This compliments our leading efforts to the national ecosystem with regards to start-ups, as we recently launched startinmalta.com; a web portal aiming to serve as the main focal point for start-ups; both foreign and local.’’

Minister for Education Justyne Caruana said, “This MoU is a clear example of how education is one of the pillars of our society and the economic sector. Education’s main purpose is to equip children and young adults with the skills they need to enter the labour market and build successful careers. The Education Ministry supports all initiatives that bring the worlds of education and employment closer together. We urge educators and employers to work closely to improve our young’s preparation for contemporary careers and help them to transition more successfully from classroom benches to their chosen careers.”

University of Malta Rector Professor Alfred Vella said that, “Mentorship has a direct impact on the growth and survival rate of new businesses. With this advice coming from experts at the university, it makes everything all the more meaningful because the goals and achievements of these businesses will be better aligned with the knowledge, experience and research present on campus that are needed to set oneself apart from others. This is the kind of support mechanism that will help these applicants unlock their potential, and I augur them success in their first critical years.”

Professor Russell Smith, Director of CEBI, said, “This is a milestone in support for new business ventures in Malta, and we are proud to be able to offer our proven programme in collaboration with Malta Enterprise.  In addition to this practical support, we will be collaborating on research-based reports which will be presented to the competent authorities within the Government of Malta, the European Commission, the European Parliament or the Council of the European Union, with the intention to support the development of National and European Policy.”

Further information and training material can be obtained from takeoff.org.mt. The initiative forms part of the EU-funded I-KNOW project.



Għajnuna importanti għal startups permezz tal-Malta Enterprise u tal-Università ta’ Malta

Malta Enterprise u l-Università ta’ Malta qed jikkollaboraw biex jappooġġaw u jipprovdu l-għarfien neċessarju lil startups ġodda biex ikollhom aċċess għall-fondi.

Il-Memorandum of Understanding, li ġie ffirmat mir-Rettur tal-Università ta’ Malta l-Professur Alfred Vella u mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, jistabbilixxi qafas ġdid biex tingħata għajnuna integrali għal startups. L-Università ta’ Malta, permezz taċ-Ċentru għall-Imprenditorija u għall-Inkubazzjoni tan-Negozju (CEBI), se tipprovdi taħriġ qabel ma startup tibda l-proċess ta’ applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja mill-Malta Enterprise.

L-applikanti li jkunu temmew il-proċess ta’ applikazzjoni b’suċċess se jkunu qed jibbenefikaw minn appoġġ u mentoring ipprovdut minn TAKEOFF, faċilità fis-CEBI, fuq perjodu ta’ sena minn meta l-applikazzjoni tiġi approvata.

Il-Ministri Miriam Dalli u Justyne Caruana faħħru dan il-ftehim, li huwa eżempju ta’ appoġġ prattiku għall-imprendituri.

“Malta hija miftuħa għal startups ġodda u l-ftehim tal-lum ifisser pass ieħor ’il quddiem lejn appoġġ akbar għall-imprendituri. Il-ftehim jibni fuq l-appoġġ finanzjarju li l-Malta Enterprise tipprovdi lil startups, fejn jiġi provdut it-taħriġ u l-mentoring li startups ikollhom bżonn. Dan jassigura li sid ta’ negozju ġdid se jkun infurmat dwar kif jibni n-negozju tiegħu filwaqt li jibbenefika minn mentoring qabel u wara l-proċess tal-applikazzjoni,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Kurt Farrugia spjega li s-servizz ta’ mentoring se jassisti lill-applikanti biex jiżviluppaw aktar il-ħsieb dwar l-intrapriża tagħhom. “Sidien ta’ negozji ġodda se jkunu jistgħu jiżviluppaw l-idea tan-negozji tagħhom b’mod ħolistiku meta japplikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Malta Enterprise. Dan jikkumplimenta l-isforzi li qed nagħmlu bħala Malta Enterprise fl-ekosistema nazzjonali fir-rigward tal-istartups fejn riċentament varajna startinmalta.com; website bil-għan li sservi bħala ċ-ċentru ta’ referenza għal startups; kemm barranin kif ukoll lokali.”

Il-Ministru Justyne Caruana qalet, “Dan l-MoU huwa eżempju ċar ta’ kif l-edukazzjoni hija waħda mill-pilastri tas-soċjetà tagħna u tas-settur ekonomiku. L-iskop ewlieni tal-edukazzjoni huwa li lit-tfal u lill-adulti żgħażagħ ngħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet li għandhom bżonn biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibnu karrieri ta’ suċċess. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jappoġġa l-inizjattivi kollha li jqarrbu d-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol. Inħeġġu lill-edukaturi u lil min iħaddem biex jaħdmu mill-qrib ħalli jtejbu l-preparazzjoni taż-żgħażagħ tagħna għal karrieri meħtieġa u ngħinuhom biex ikollhom suċċess fit-tranżizzjoni mill-bankijiet tal-klassi għall-karrieri li huma jagħżlu”.

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred Vella, qal li, “Il-mentorship għandu impatt dirett fuq ir-rata ta’ tkabbir ta’ negozji ġodda. B’pariri minn esperti fl-Università, ikompli jagħti sinifikat għaliex l-għanijiet u l-kisbiet ta’ dawn in-negozji se jkunu allinjati aħjar mal-għarfien, l-esperjenza u r-riċerka preżenti fil-kampus li huma meħtieġa sabiex tkompli tiddistingwixxi negozju minn ieħor. Dan huwa t-tip ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ li jgħin lil dawn l-applikanti biex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom filwaqt li nawguralhom suċċess fl-ewwel snin kritiċi tagħhom”.

Il-Professur Russel Smith, Direttur CEBI, qal, “Dan huwa pass importanti sabiex nagħtu l-appoġġ lil intrapriżi ġodda f’Malta u aħna kburin li qed noffru dan il-programm b’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise. Minbarra dan, se nkunu qed nikkollaboraw fuq rapporti bbażati fuq riċerka li se jkunu preżentati lill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-Gvern Malti, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-intenzjoni li nappoġġaw l-iżvilupp ta’ politika fuq livell nazzjonali u Ewropew”.

Aktar informazzjoni u materjal ta’ taħriġ jista’ jinkiseb minn takeoff.org.mt. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-proġett i-KNOW li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.