A new scheme to encourage enterprises to invest in sustainable and digitalised operations

A new scheme to encourage enterprises to invest in sustainable and digitalised operations

Reference Number: PR211853, Press Release Issue Date: Oct 07, 2021
 

To further encourage enterprises to invest in sustainable and digitalised operations, businesses may benefit from up to €70,000 to implement projects which lead to more sustainable and digital processes. 

The Smart & Sustainable scheme, managed by Malta Enterprise, will incentivize more competitiveness and better use of resources which will enhance the economic activity of these businesses. 

This was announced by the Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli together with Malta Enterprise CEO Kurt Farrugia.

Minister Miriam Dalli highlighted that the government will continue to incentivise business to keep on sustaining the transition towards sustainable economy, which reduces emissions and create high quality employment.

With the Smart & Sustainable scheme, businesses can benefit from up to €50,000 for every project, whereby those eligible can benefit from a 50% of the total eligible costs. Moreover, those eligible for this scheme may also benefit from a tax credit of up to €20,000 for each product which satisfies at least two from the three criteria, which are:

a)     New investment or an expansion in Gozo.

b)     A project which will be implemented by an enterprise which is in a start-up phase.

c)      Reduction of carbon which is determined through an independent auditor by the enterprise

If a project satisfies one criteria, the tax credit assistance will amount to €10,000.

Malta Enterprise will be assisting businesses who wishes to invest to facilitate further investments and modifications within the plant, machinery, equipment and specialized technical support and investment in digital technology.

“This scheme will encourage enterprises to invest further in sustainability, where through investments and projects, these will lead to reduction of waste, an increase use of sustainable materials, and more projects which includes energy and water efficiency, as well as sustainable digitalisation,” explained Minister Dalli.

Minister Miriam Dalli said that this scheme is part of the aid package presented earlier this year, which amounts to a total of €20million.

“As Government we are constantly supporting our businesses. Thanks to the various schemes made available through Malta Enterprise, which will see a more digital, sustainable, and competitive businesses in Malta. And to get these results, we are constantly incentivizing businesses to diversify their operations. With this scheme, we are ensuring that businesses are given the opportunity to enhance their operations and increase employability,” said Minister Dalli.

The Chief Executive of Malta Enterprise Kurt Farrugia stated that this scheme, which is part of the Economic Regeneration Plan announced earlier this year, not only assisted enterprises to adapt in a post Covid scenario but also assisted them in their transformation towards sustainable and digital processes. 

“Malta Enterprise’s role is that apart from attracting new investment into Malta, our financial incentives focus on attracting sustainable investment, through which our enterprises are becoming more sensitive towards sustainability, as we create higher quality investment and careers. Our role is therefore to assist enterprises in a holistic manner and ensuring a positive impact on our economy and society at large,” remarked Mr Kurt Farrugia.

The guidelines and applications of this scheme will be available later www.maltaenterprise.com .

For more information, enterprises are being encouraged to contact Business First on their website www.businessfirst.com.mt .


Skema oħra biex in-negozji jwettqu investimenti f’operat sostenibbli u diġitalizzat

Kumpaniji jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna sa massimu ta’ €70,000 biex jimplimentaw proġetti li jwasslu għal proċessi aktar sostenibbli u diġitalizzati, permezz tal-iskema Smart and Sustainable, mħabbra mill-Malta Enterprise.

L-iskema hija intiża biex tinċentiva t-titjib fil-kompetittività tal-intrapriżi u ttejjeb l-użu tar-riżorsi fl-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li l-Gvern qed ikompli jinċentiva lin-negozji biex ikun ta’ sostenn fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, li tnaqqas l-emissjonijiet u żżid ix-xogħol ta’ kwalità.

Permezz tal-iskema Smart and Sustainable, in-negozji  jistgħu jibbenefikaw minn għotja massima ta’ €50,000 għal kull proġett, fejn dawk eliġibbli se jgawdu minn 50% tan-nefqa eliġibbli. Barra minn hekk, dawk eliġibbli għal din l-iskema jista’ jingħatalhom kreditu ta’ taxxa sa €20,000 għal kull proġett li jissodisfa tal-anqas tnejn minn tliet kriterji. Dawn huma:

a)     Investiment ġdid jew espansjoni f’Għawdex;

b)     Intrapriża li għandha inqas minn tlett snin u għalhekk hija f’ fażi ta’ start-up

c)      Ikun hemm tnaqqis konsiderevoli ta’ karbonju li jkun stmat b’ awditjar independenti mill-intrapriża 

F’każ li l-proġett jissodisfa kriterja waħda, l-assistenza bil-kreditu ta’ taxxa jammonta għal €10,000.

Il-Malta Enterprise se tassisti negozji li jridu jagħmlu investiment biex jiffaċilitaw investimenti u modifiki fl-impjant, makkinarju, tagħmir u sapport tekniku speċjalizzat u investiment f’teknoloġiji diġitali.

“Din l-iskema qed tħeġġeġ iktar intrapriżi biex jinvestu fis-sostenibbilità, fejn permezz ta’ investiment u proġetti jistgħu jwasslu għal tnaqqis ta’ skart, jiżdied l-użu ta’ materjal sostenibbli, iktar proġetti li jinkludu effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-ilma, kif ukoll id-diġitilizazzjoni sostenibbli,” spjegat il-Ministru Dalli. 

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li din l-iskema hija parti mill-pakkett ta’ għajnuna ppreżentat aktar kmieni minn din is-sena, li jammonta għal total ta’ €20 miljun. 

“Qed inkomplu nkunu ta’ spalla man-negozji tagħna. Grazzi għal diversi skemi li qed toħroġ il-Malta Enterprise qed inkomplu nipprovdu investiment li jwassal għal proċessi aktar sostenibbli u diġitali. Irridu naraw intrapriżi aktar diġitali, aktar kompetittivi u sostenibbli,” qalet il-Ministru Dalli. 

Kurt Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise sostna li din l-iskema li hija parti mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni li ġie mħabbar qabel is-sajf, tara li l-intrapriżi mhux biss qed jiġu mgħejjuna biex jirpiljaw wara l-pandemija, iżda qed jiġu assistiti sabiex jittrasformaw lejn iktar proċessi sostenibbli u diġitali. 

“Dan hu l-irwol tal-Malta Enterprise li apparti nattiraw l-investiment ġdid lejn pajjiżna, bl-iskemi kollha tagħna qed niffukaw fuq investiment sostenibbli li jikkontribwixxi fiċ-ċiklu ekonomiku, b’ intrapriżi dejjem iktar sensittivi lejn is-sostenibbilità, sabiex ngħollu l-livell ta’ investiment u anke tal-karrieri. Ix-xogħol tagħna qed jassisti lill-intrapriżi b’ mod iktar ħolistiku u b’ impatt pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà` inġenerali,” qal is-Sur Kurt Farrugia. 

Il-linji gwida u l-applikazzjoni se jkunu aċċessibbli aktar tard fuq www.maltaenterprise.com. 

Għal-aktar dettalji l-intrapriżi qed jiġu mħeġġa jagħmlu kuntatt mal-Business First fuq il-website www.businessfirst.com.mt .